Il-Jum Dinji tal-Parkinson's...1,400 persuna Maltija għandha din il-marda

Il-Malta Parkinson's Disease Association tappella għal aktar għarfien...

Illum huwa l-Jum Dinji tal-Parkinson's
Illum huwa l-Jum Dinji tal-Parkinson's

Illum huwa Jum Dinji il-Parkisnon's u allura numru ta' organizzazjonijiet jiġu flimkien biex ifakkru dak li verament tfisser din il-marda permezz tal-kampanja #uniteforparkinsons.

Madwar id-dinja hawn madwar 10 miljun pazjent tal-Parkinson's filwaqt li f'Malta biss hawn madwar 1,400. Il-Parkinson's hija marda diġenerattiva fis-sistema tan-nervituri tal-ġisem li għad m'hawnx kura għaliha. 

Il-Malta Parkinson's Disease Association appellat lil kulħadd biex isir jaf iktar dwar din il-marda biex pajjiżna dejjem joffri ambjent aħjar għal dawk li qed jiffaċċjaw din l-isfida.L-Assoċjazzjoni tagħti għajnuna u appoġġ lil dawk li għandhom il-Parkinson's u l-familja tagħhom.

Matul il-jum il-gazzetta ILLUM permezz tal-paġna ta' Facebook se tingħaqad billi taqsam mal-qarrejja tagħha l-filmat li sar mill-Assoċjazzjoni f'dan il-jum. 

More in Socjali