Filmat | Iljunfant taċ-Ċirku jispiċċa mejjet wara li nqaleb it-trakk li kien fih

L-inċident seħħ fi Spanja u qajjem agħa fost l-għaqdiet favur id-drittijiet tal-annimali..

L-iljunfant mejjet fi Spanja
L-iljunfant mejjet fi Spanja

Iljunfant taċ-Ċirku spiċċa mejjet wara li trakk inqaleb f'highway fi Spanja qrib il-villaġġ ta' Pozo Cañada. Jidher illi l-vettura kienet qed tipprova taqla' vettura oħra.

Wieħed mill-iljunfanti miet filwaqt li t-tnejn l-oħrajn weġġgħu. 

L-iljunfanti dehru jimxu fil-viċinanzi mimlijin demm f'rashom u partijiet oħrajn ta' ġisimhom. 

Dan l-inċident qajjem l-agħa u r-rabja ta' għaqdiet favur id-drittijiet tal-annimali u kontra ċ-ċirku bl-annimali. 

Fl-2014 il-Parlament Malti kien approva l-projbizzjoni ta' kwalunkwe ċirku f'pajjiżna li jkun jinvolvi l-annimali. 

 

More in Socjali