Iweġġa’ gravi wara li jgħeleb trailer bih

Ir-raġel weġġa gravi waqt li kien qiegħed jaħdem f'Ħal-Qormi

Iktar kmieni illum għall-ħabta ta’ 12.00 p.m, raġel ta' 40 sena li kien qiegħed jaħdem f' Ħal Qormi weġġa gravi. Dan wara li għeleb bih trailer waqt li kien qieghed jgħabbi xi xogħol.

Minnufih il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom ġewwa fabbrika fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.

Iktar tard ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in Socjali