12% ta' dawk li jgħixu f'Malta huma barranin

F'Malta hawn jgħixu madwar 54,000 persuna ta' nazzjonalità barranija

B’kollox f’Malta hawn joqogħdu 460,297 persuna u 11.8% minnhom huma persuni ta’ nazzjonalità barranija.

Dan ifisser li f’Malta hawn joqogħdu madwar 54,000 persuna barranija.

Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, meta mqabbla mal-2015, il-popolazzjoni żdiedet l-iżjed għax in-numru ta’ dawk li ġew jgħixu f’Malta kien akbar min-numru ta’ dawk li telqu mill-pajjiż.

Fl-2015, il-popolazzjoni kienet ta’ 451,569 persuna u fl-2005 kienet tammonta għal madwar 405,000 persuna.

Dawk li għandhom inqas minn 18% jammontaw għal 17% tal-popolazzjoni, filwaqt li 18.8% għandhom 65 sena jew aktar.

F’Malta, l-irġiel jgħixu medja ta’ 81 sena filwaqt li n-nisa jgħixu 84 sena.

More in Socjali