Malta għal darb’oħra identifikata bħala wieħed mill-aktar pajjiżi kuntenti u ġenerużi

Studji internazzjonali jimbottaw lil Malta fil-quċċata tal-indiċi

Din il-gżira żgħira tagħna, f’nofs il-baħar tal-Mediterran reġgħet sabet ruħha fil-quċċata tal-aktar pajjiżi b’qalbhom tajba fid-dinja. Skont l-istudju, Malta ġiet fis-27 post mill-163 li pparteċipaw.

Dan l-istudju mħejji minn ‘The Good Country’, kien ibbażżat fuq 163 pajjiż. L-istudju jkejjel il-kontribuzzjoni li kull pajjiż jagħti kemm liċ-ċittadini tiegħu kif ukoll lill-bqija tad-dinja.

L-indiċi, huwa bbażat fuq sitt binarji, li huma x-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Kultura, il-Paċi u s-Sigurtà Internazzjonali, il-Pjaneta u l-Klima, il-Prosperità u l-Ugwaljanza kif ukoll is-Saħħa u l-Benesseri tal-Bniedem.  

Malta marret tajjeb ferm fil-kategorija tal-Ordni Dinjija, fejn ġiet ikklassifikata bħala s-7 l-iktar pajjiż b’qalbu tajba, filwaqt li fil-kategorija tal-kultura, Malta ġiet ikklassifikata fid-9 post.

Madankollu skont l-indiċi, Malta għadha lura fuq ċertu aspetti bħalma huma, sigurtà u l-paċi internazzjonali, hekk hawnhekk klassifikat fil-129 post.   

Intant skont ir-Rapport Dinji tal-Kuntentizza,(World Happinnes Report), imħejji minn ‘Sustaniable Development Solutions Network’ bi ħsieb mal-Ġnus Magħquda, elenka lil Malta bħala s-27 pajjiż l-iktar kuntent tad-dinja.

L-għan primarju ta’ dawn l-istudji u oħrajn simili hu li l-mexxejja tal-pajjiżi jkollhom idea ta’ kif it-tmexxija tagħhom qed taffettwa lill-pajjiż u anke lil pajjiżi oħra.

Skont it-tim wara dan il-proġett, The Good Country pajjiż tajjeb hu dak li mhux biss jaħdem fl-interess taċ-ċittadini tiegħu iżda dak li jżomm f’moħħu l-interessi taċ-ċittadini ta’ pajjiżi oħrajn ukoll b’hekk għall-ġid tal-umanità kollha.

More in Socjali