Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

B'Luċifru b'kollox, Awwissu li għadda ma kienx l-aktar wieħed sħun

Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, it-turisti li żaruna f’Awwissu għas-sħana u l-baħar ma kienux diżappuntati.

Jesmar Baldacchino / 12 ta' Settembru 2017 12:46
Ritratt | Facebook MIA
Għalkemm matul ix-xahar ta’ Awwissu kellna l-mewġa ta’ sħana mlaqqma Luċifru, ix-xahar li għadda ma kienx l-iktar wieħed sħun li qatt ġie rreġistrat.

F’Awwissu tal-1999 it-temperatura kienet 5.7 grad ogħla mix-xahar li għadda, fejn l-ogħla temperatura kienet dik tal-ewwel Sibt tax-xahar u kienet tlaħħaq it-38 grad. It-temperatura niżlet għal 21 grad f’jum Santa Marija u fit-23 ta’ Awwissu għamlet ukoll ix-xita. Il-baħar kien sħun tul ix-xahar b’temperaturi li jvarjaw bejn 26 u 28 grad.

Skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, it-turisti li żaruna f’Awwissu għas-sħana u l-baħar, ma kienux diżappuntati għaliex il-ġranet kellhom medja ta’ 10.8 sigħat xemx.

Stħarriġ
Segwina fuq Facebook