Pass ieħor viċin il-proġett taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid

Il-pass li jmiss għall-Paola Hub hu l-perjodu ta' konsultazzjoni

Il-proġett ta’ Paola Hub imiss li jidħol fil-fażi tal-perjodu ta’ konsultazzjoni. Il-pjanti kollha ġew ippreżentati lill-Awtorità tal-Ippjanar biex b’hekk ikun jista’ jibda l-perjodu ta’ konsultazzjoni mal-partijiet konċernati. Il-proċess ta’ konsultazzjoni se jkun ta’ 30 ġurnata.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li mistennija jibbenefikaw madwar 140,000 ruħ mill-bini tal-Paola Hub li se jiġbor taħt saqaf wieħed diversi kliniċi speċjalizzati u se jkun punt ta’ riferiment mediku għal dawk li jgħixu fin-Nofsinhar ta’ Malta. Iċ-ċentru se joffri wkoll sensiela ta’ servizzi u se jkollu kliniċi għat-tabib tal-familja - il-bażi tal-kura primarja - iżda mhux biss. Se jkun hemm ukoll klinika għad-dijabete, għad-dimensja, anti coagulation clinic fejn isir it-test tal-warfarina, u klinika tad-dentistrija fost l-oħrajn.

Iċ-ċentru tas-saħħa ta’ eċċellenza fil-qalba ta’ Raħal Ġdid se joffri wkoll servizzi fl-oftamoloġija, servizzi ta’ fiżjoterapija u ta’ riabilitazzjoni, uspeech language pathology services. Dan iċ-ċentru se joffri wkoll servizzi ta’ emerġenza u se jkollu teatru tal-operazzjonijiet għal dawk minuri, kif ukoll servizz ta’ ambulanza

More in Socjali