‘Għax jiena gay u ateju r-reġim Sirjan ried jeħles minni’ – Mahmoud Hassino

Rakkont ta refuġjat Sirjan li ħarab lejn Berlin fejn illum jieħu ħsieb refuġjati LGBTIQ

 

Mamoud Hassino hu Sirjan li kellu jaħrab mis-Sirja u llum hu rifuġjat Berlin, bi blog favur l-LGBTIQ’s u darba kien anke organizza Mr Gay Sirja f’Istanbul. He kellu jaħrab mis-Sirja għax kellu opinjoni u r-reġim kien qed ifittxu biex jarrestah. Mahmoud qal li minn meta kellu 4 snin kien mar jgħix mal-familja tiegħu fis-Sawdi Arabja. Ommu kienet mara normali iżda fi ftit snin ġiet sfurzata biex tgħatti wiċċha u anke tilbes ingwanti. Qal ukoll li ra żewġ maħbubin gays jaqtgħulhom rashom u minn età żgħira ma baqax jemmen fl-ebda reliġjon u mar is-Sirja. “Irrid nagħmilha ċara li jien ma tlaqtx mis-Sirja minħabba l-ISIS iżda minħabba r-reġim li ried jarrestani minħabba li kelli opinjoni dwar il-gays u dwar ir-reliġjon u tlaqt fl-2011. Ir-reġim kien qed jiċċekkja kulma niktbu u s-sesswalità tagħna kienet qed taħdem kontrina. Fuq il-karta jingħad li r-reġim hu sekulari iżda fir-realtà mhux hekk. Għandna dittatorjat u jekk titkellem kontra r-reġim jarrestawk bi skuża jew oħra.

“Bħala liġi qatt ma kien hemm li ma tistax tkun omosesswali. Iżda fl-1973 li daħlet fil-kostituzzjoni xi parti reliġjuża. Iżda dan l-artiklu fil-kostituzzjoni Sirjana daħal meta konna okkupati mill-Franċiżi bħalma għandhom l-Alġerija u anke t-Tuneżija. Meta bdiet il-gwerra bdejt nuża l-internet u nitkeb dwar il-gays għax jien bniedem li ma nafx nagħlaq ħalqi u kelli naħrab.”

Illum Mahmout għandu organizazzjoni f’Berlin fejn imexxi kampijiet tal-LGBTIQ’s refuġjati fejn dis-sena biss kellu fihom 1,400 persuni LGBTIQ. “Tinsiex fid-dinja Musulmana hi diffiċli li toħroġ fil-beraħ li int gay jew lisbjana jew ‘whatever’ għalhekk sa ma joħorġu fil-beraħ inżommuhom flimkien ħa jagħmlu kuraġġ” temm Mahmoud.

 

 

More in Socjali