L-ewwel president mara għall-Malta Employers' Association

Dolores Sammut Bonnici saret l-ewwel president mara tal-għaqda ta' min iħaddem

Wara erba' snin ta' presidenza ta' Arthur Muscat, il-Malta Employers' Association ħatret lil Dolores Sammut Bonnici bħala l-President tagħha għat-terminu 2017-2019.

Wara lista ta' 24 raġel fil-kariga ta' president tal-assoċjazzjoni sa mill-1965, Sammut Bonnici se tkun l-ewwel mara fil-kariga ta' President tal-MEA.

Sammut Bonnici hi intraprenditriċi u Direttur Maniġerjali u ko-proprjetarju ta' maniġġjar ta' skart industrijali. Ilha membru fil-kunsill tal-MEA għal numru ta' snin qabel il-ħatra tagħha ta' President, u kienet anke Viċi President tal-istess għaqda.

Dolores Sammut Bonnici kienet ukoll il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tan-nisa fin-negozju.

More in Socjali