Mużiċisti Maltin jiltaqgħu ma' Therese Comodini Cachia

PRS for Music, li tirrappreżenta lill-kompożituri u mużiċisti f’Malta, f'laqgħa fejn ġie diskuss il-futur tal-industrija tal-mużika fl-Ewropa.

Il-kompożitur famuż Paul Abela, il-fundatur u membru ta’ Scream Daisy Brendan Jackson, u l-kantant ta’ nosnow/noalps Nick Morales, kienu fost il-kantanti u l-kompożituri li ltaqgħu ma’ Comodini Cachia. Huma ddeskrivew kif it-teknoloġija diġitali u l-mod kif qed tasal il-mużika għand il-konsumaturi qed iħallu impatt fuq is-settur lokali. Din il-laqgħa saret fi żmien ir-rapport tar-riforma tal-copyright fl-Ewropa, li tiegħu Comodini Cachia hija responsabbli. Din ir-riforma se tħalli impatt pożittiv fuq l-industriji kreattivi f’Malta u madwar l-Ewropa.

 

Il-kompożituri u l-mużiċisti tkellmu dwar it-tħassib tagħhom kif servizzi onlajn bħal YouTube, jiġġeneraw biljuni ta’ ewro fi dħul billi jipprovdu aċċess għall-mużika u l-kontenut kreattiv iżda jaqsmu biss parti żgħira minn dan id-dħul ma’ min joħloq dan il-kontenut. Huma appellaw lil Therese Comodini Cachia biex tkompli ssaħħaħ il-miżuri legali sabiex il-pjattaformi diġitali joffru kumpens xieraq lil min joħloq dan il-kontenut u b’hekk jissaħħu l-industriji kreattivi Ewropej.

 

Therese Comodini Cachia qalet li “l-artisti u l-mużiċisti jinsabu fiċ-ċentru tal-ħolqien tal-kontenut kreattiv li kulħadd igawdi ta’ kuljum. Għaldaqstant huma jaffaċċjaw ukoll sfidi minħabba li s-suq huwa dipendenti mill-konsumaturi. Ninsab ċerta li min għandu d-dritt tal-awtur ma jridx li jagħlaq il-mezzi li jwasslu dan il-kontenut lill-konsumaturi, iżda jridu li d-drittijiet tagħhom jiġu rikonoxxuti filwaqt li jżommu wkoll il-valur tad-dritt tal-awtur. Kien hemm ċirkostanzi fejn dawn l-isfidi ġew indirizzati b’soluzzjonijiet li kienu xprunati mis-suq stess. Ċerti legali, li ma jxekklux lis-suq, huma meħtieġa.

 

John Mottram mill-PRS saħaq li “l-Parlament Ewropew u b’mod speċjali Comodini Cachia, għandhom l-opportunità li joħolqu suq wieħed diġitali li jkun tajjeb għal kulħadd, fejn il-konsumaturi jibqgħu jgawdu l-mużika u l-films u fejn min joħloq il-kontenut, li huma l-qofol tas-settur kreattiv, ikollhom kumpens xieraq mid-dħul li jiġi ġġenerat. Nirringrazzja lil Therese Comodini Cachia li hija impenjata bis-sħiħ li tindirizza d-diffikultajiet tal-kompożituri u l-mużiċisti biex il-membri tal-PRS jkunu f’pożizzjoni aħjar li jibqgħu joħolqu l-mużika li kulħadd iħobb.”

 

More in Socjali