Il-Kunsill jiddeċiedi le għal parkeġġ...Trasport Malta tgħid aħna nikkmandaw mhux intkom

Kunsillier laburista tal-Belt iweġibhom: 'ISTHI LI GHAZILT LI TWARRAB L OPINJONI TAGHNA'

Kontroversja oħra fuq il-parkeġġ fil-Belt Valletta. kontroversja li qamet meta l-kunsill tal-Belt iddiskuta ittra mibgħutha miċ-Chamber of Commerce biex quddiem il-bieb tagħhom (li jinsab fi triq ir Repubblika faċċata tal-ministeru ta turiżmu) jsirilhom reserved parking privat ghalihom biss.

Il-kunsillier laburista Ray Azzopardi kiteb dan fuq il-facebook post tiegħu fejn irrakonta l-istorja kollha skont hu:

"Jien u shabi il kunsilliera laburisti ivvutajna biex dan ma jsirx minkejja li is sindku ma qabilx ma dan u il kunsill kellu jichad din it talba .....
Xgara....

Illum kellna laqgha tal kunsill fejn transport malta infurmat lil kunsill li minkejja il vot taghna xorta ser issir il parkegg riservat.

Ta min jinnota li fdin it triq hemm riservati

Parkegg ghal HSBC
Parkegg ghal Ministeru ta turizmu
Parkegg ghal ministru tal kunsilli lokali u 
Parkegg ghal lombard bank 
U issa 
Parkegg ghal chamber of commerce.

Ta min jinnota ukoll li il kapijiet ta dawn lentitajiet /ministeri kollha bi xufier li jwassalhom sal bieb u jigborhom min quddiem il bieb.

Irrid niddeplora l attegjament ta bullying ta Tm li tigi taqa u tqum mil pariri li jinghataw mil kunsill lokali. Xjimputhom li ahna irridu inhabbtu wiccna mar residenti ? Laqwa li komdi dawk in nies li jilbsu l ingravata u li dejjem issibhom bilqeghda fuq xi siggu komdu jaghti l istruzzjonijiet u imbaghad halli ghar resident jidghaj biex issib parkegg wara gurnata xoghol.
Xjimpurtakhom li hemm min qieghed ibaghti biex jidhol fdaru wara gurnata xoghol !!!
Xjimpurtakhom li ahna ir residenti qed nigu ikkalpestati min nies li mohhom biex ikunu komdi huma.

Bir ragun ghax kull wiehed u wahda minnkhom meta tmorru fdarkhom issibu il parkegg quddiem il bieb sa kemm ma ghandkhomx xi drive in nadifa !

INZLU MIN FUQ DAK IL PEDESTAL LI TLAJTU FUQU U IBDEW ARAW L ISTAMPA MIL LENTI TAGHNA IL KUNSILLIERA .
Kibret ir ras u djaqet il komunikazzjoni li xi darba weghdna lil kullhadd.
Infakkar li ghada pitghada ser ikkolkhom twiegbu ghal ghemiel taghkhom .

Intenni 
Jien nahsel idejha meta nigi mitlub biex niddefendi xi haga bhal din.

Fl ahhar sur sindku nitolbok biex tibqa tinsisti biex dan il parkegg ma jsirx ghax jekk int tonqos milli taghmel dan allura ma jkun baqali xejn hlief li nikkundanna lilek ukoll

Lil min ha din id decizjoni nghidlu

ISTHI LI GHAZILT LI TWARRAB L OPINJONI TAGHNA

Ray Azzopardi 
Kunsillier 
Valletta

More in Socjali