It-terremotati bla saqaf u Carlo Conti jitħallas €650,000 biex jippreżenta San Remo

Rabja kbira mit-Taljani li għat-terremotati m’hemmx flus u għal San Remo se jintefqu €16-il miljun

Fi żmien ta’ kriżi ekonomika u l-emerġenza għal dawk terremotati li jinsabu bla saqaf taħt kesħa tremenda l-gvern Taljan m’għandux flus, iżda imbagħad ir-RAI tħallas lil Carlo Conti s-somma ta’ €650,000 bie xjippreżenta l-festival ta’ San Remo mis-7 sal-11 ta’ Frar li ġej.

Il-fatt hu li l-flus ir-RAI iġġibhom mil-liċenzji tal-poplu u dan li qed jurta lil poplu Taljan għax għal dan is-67 edizzjoni Carlo Conti se jitħallas €100,000 aktar mis-sena l-oħra u din hi t-tielet sena tiegħu li se jippreżenta San Remo.

L-avveniment innifsu se jiswa madwar €16-il miljun iżda hu stmat li l-festival idaħħal is-somma ta’ €22 miljun mill-pubbliċita, miljun mir-reklami u anke mill-bejgħ tal-biljetti biex jidħlu fit-teatur Ariston.

 

 

More in Socjali