Drachma jirringrazzjaw lill-Isqfijiet għas-'sens pastorali kbir' li wrew

L-għaqda ta' persuni LGTIQ Kattoliċi jfaħħru l-mod kif il-Knisja qed titratta 'sitwazzjonijiet kumplessi' 

Il-grupp Drachma, li huwa grupp ta’ appoġġ għal persuni LGBTIQ kif ukoll għal ġenituri b’ulied LGBTIQ, irringrazzja lill-Isqfijiet Maltin għall-Kriterji għall-Applikazzjoni ta’ Kapitlu VIII tal-Amoris Laetitia li ħarġu nhar il-Ġimgħa li għaddiet.

'Fil-ħruġ ta’ dawn il-linji gwida, l-Isqfijiet Maltin urew sens pastorali kbir. Waqt li komplew jibnu fuq ir-riżultat tas-Sinodu dwar il-Familja u fuq it-tagħlim tal-Papa Franġisku, f’kontinwità mat-tagħlim tal-Papiet preċedenti, il-lingwaġġ użat minnhom kif ukoll il-mod kif sitwazzjonijiet kumplessi huma indirizzati jinħassu friski u ġodda u tassew juru li l-Knisja hi Omm li tgħallem u tħobb lil uliedha kollha, huma min huma u jinsabu fejn jinsabu,' temmet tgħid l-istqarrija ta' Drachma. 

More in Socjali