Il-kuntratturi jsiru sinjuri... u l-pagi li jħallsu jibqgħu miżeri

Biż-żieda ta’ ħaddiema barranin jitħallsu ‘biċ-ċiċri’, l-kuntratturi setgħu jżommu l-pagi miżeri, filwaqt li huma jagħmlu profitti akbar.

Filwaqt li żieda fiċ-ċifri ta’ kemm hemm ħaddiema impjegati fis-settur tal-kostruzzjoni, għal uħud tinstema’ pożittiva, il-ħaġa inkwetanti minn dan kollhu hija ż-żieda fin-numru ta’ ħaddiema barranin impjegati f’dan is-settur, li qed jiġu impjegati b’pagi baxxi ħafna, u li minħabba f’hekk waqqgħu l-medja tal-pagi f'dan is-settur.

L-industriji tal-kostruzzjoni u tal-proprjetà (Real Estate), jħaddmu bejniethom madwar 12,850 ħaddiem, li jammonataw għal 6.6% tal-ħaddiema Maltin kollha;  93% minn dawn il-ħaddiema jaħdmu fil-kostruzzjoni. Minn dawn, il-ħaddiema barranin jammontaw għal 18% tat-total ta’ dawk impjegati fis-settur tal-proprjetà u 13% fis-settur tal-kostruzzjoni biss.

Mingħajr ebda dubju is-suq tal-kostruzzjoni f’Malta kiber b’mod konsiderevoli f’dawn l-aħħar snin, hekk kif kullħadd innota bini tiela f’kull kantuniera ta’ Malta, minn proġetti enormi, sa blokok ta’ appartamenti residenzjali. Il-negozju qed jikber u l-kuntratturi qed jaraw il-profitti tagħhom jikbru aktar minn qatt qabel. Minbarra l-vantaġġi ta’ kontijiet irħas tad-dawl u l-ilma, li dak kulħadd kuntent bihom, is-suċċess u ż-żieda fil-profitti mill-kostruzzjoni jidher li ġejja ukoll minħabba pagi inqas għall-ħaddiema.

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta li dawn iċ-ċiru ħarġu mill-aħħar rapport li ppublika, sostna li minkejja dawn l-ammonti ta’ ħaddiema impjegati f’dawn is-setturi, il-pagi medji għal kull ħaddiem jibqgħu baxxi meta mqabbla mal-paga minima nazzjonali.

Iċ-ċifri maħruġa mill-Bank Ċentali ta’ Malta juru li fl-2015 il-medja tal-ħaddiema Maltin qalgħu madwar €22,421 fis-sena, filwaqt li dawk li jaħdmu fil-kostruzzjoni kienu qed jaqilgħu €15,476 u dawk fis-suq tal-proprjetà €18,064.

Dan l-istħarriġ juri li b’dawn il-pagi, is-settur tal-kostruzzjoni qed ikun wieħed fost l-inqas attraenti għall-Maltin, bir-riżultat li l-kuntratturi qed jieħdu vantaġġ billi jimpjegaw ħaddiema barranin, b’pagi miżeri, għall-vantaġġ finanzjarju tagħhom.

More in Socjali