Gawdi l-kampanja u l-istorja tax-Xemxija - imniedi app ġdid

'App'mniedi mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar li jieħdok mal-għoljiet tax-Xemxija u madwar is-siti storċi fiż-żona

San Pawl il-Baħar għandu bosta siti storiċi madwar il-lokalita' kollha. Sfortunatament bosta minn dawn is-siti mhumiex magħrufa biżżejjed, la mir-residenti ta' San Pawl il-Baħar, u wisq anqas minn persuni li joqogħdu f'partijiet oħra ta' pajjiżna, jew inkella 'l bogħod minn xtutna. Xi żmien ilu l-Kunsill Lokali kien ħareġ diversi pubblikazzjonijiet dwar is-siti storiċi ta' din il-lokalita'. Sit ta' mportanza storika hu x-Xemxija Heritage Trail, li għalkemm għandu valur kbir fl-istorja ta' pajjiżna, mhux magħruf biżżejjed. Kien għalhekk li xi xhur ilu l-Kunsill Lokali beda jaħdem ma' voluntier sabiex l-informazzjoni dwar din il-mixja tkun iktar magħrufa u aċċessibli. 

Wieħed jista' jniżżel din l-app, bl-isem Xemxija Heritage Trail, fuq il-mobile tiegħu, mingħajr ebda ħlas, u b'hekk ikollu aċċess għall-mappa ta' dan is-sit, informazzjoni, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, kif ukoll ritratti dwar 19-il punt ta' storja li jinsabu hawnhekk, fosthom, il-girna, il-maqdes megalitiku, għerien, oqbra, u l-banjijiet rumani. B'hekk issa, kull min jinteressah, jista', mill-kumdita' ta' daru jdur dan is-sit minn fuq il-mobile tiegħu, kif ukoll iżur dan is-sit u jara b'għajnejh is-sbuħija ta' dan il-post

Is-Sindku ta' San Pawl il-Baħar Graziella Galea rringrazzjat lil dawk il-voluntiera li kontinwament ja]dmu b'rizq l-istorja ta' pajjiżna, li jieħdu ħsieb dan is-sit anke permezz ta' tindif, u lil dawk li ħadmu sabiex din l-app setgħet tinbidel minn ħolma għal realta'.

 

L-oqbra fiż-żona tax-Xemxija
L-oqbra fiż-żona tax-Xemxija

More in Socjali