Iż-Żebbuġin ta' Għawdex bl-akbar numru ta' persuni bil-benefiċċju tal-qgħad

7.2% tal-poplu Żebbuġi gawda mill-benefiċċju tal-qgħad

Il-lokalità taż-Żebbuġ Għawdex hija l-lokalità li l-aktar li gawdiet minn benefiċċju tal-qgħad, meta kkalkulat fil-proporzjon tal-popolazzjoni. Dan hekk kif 7.2% tal-poplu Żebbuġi jgawdi minn dan il-benefiċċju. Dan meta mqabbel mal-lokalità ta' Ħ'Attard li fiha ġie rreġistrat l-inqas proporzjon ta' nies li jieħdu dan il-benefiċċju.

Minn rapport maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, jidher kif il-lokalitajiet ta' Bormla u l-Belt Valletta irreġistraw l-ikbar numru ta' persuni li bbenefikaw minn benefiċċji tal-mard u esklużjoni soċjali b'187 u 166 persuna għal kull 1,000 rispettivament.

Fl-istess rapport, deher ukoll li fix-Xgħajra kien hemm l-ikbar numru ta' persuni jgawdu minn benefiċċji relatati mal-familji u t-tfal b'179 persuna għal kull 1,000. Dan filwaqt li l-inqas rata ġiet reġistrata f'Tas-Sliema b'61 persuna għal kull 1,000.

More in Socjali