‘Le ħi, m’għandix HIV’

Titfa’ ċ-ċertifikati mediċi li m’għandhiex HIV...suppost tagħmel biss massaġġi

Mara li tirreklama s-servizzi tagħha bħala masseuse fis-salon tagħha ġewwa l-Qrendi, tefgħet iċ-ċertifikati mediċi tagħha online sabiex tipprova li hi m’għandhiex il-marda tal-HIV. Il-gazzetta ILLUM għandha f’idejha kopja ta’ ċertifikati mediċi li sid ta’ salon tal-massaġġi tefgħet online fi grupp li jiddiskuti l-massaġġi u s-servizzi li joffru dawn is-salons.

Il-mara, li tefgħet żewġ ċertifikati mediċi, qed issostni li wieħed huwa tagħha, u l-ieħor huwa ta’ ħabiba tagħha. Dawn il-kopji juru r-riżultati tal-laboratorju għal test ta’ screening għall-HIV, maħruġa minn klinika privata f’Malta. Iċ-ċertifikati, datati f’Awwissu ta’ din is-sena juru r-riżultat tat-test ikun fin-negattiv.

Xi ħadd fl-istess grupp kien akkuża lill-istess mara li din kellha l-HIV, u għalhekk ippubblikat dawn iċ-ċertifikati biex turi li dan ma kienx il-każ.

Minkejja li x-xogħol propju ta’ masseuse huwa dak li tagħmel il-massaġġi lill-klijenti tagħha, jiġifieri mingħajr ma jkun hemm l-ebda kuntatt sesswali, din il-mara ħasset il-bżonn li turi li din hi ħielsa minn din il-marda trażmessa sesswalment. Minkejja dan, huwa sigriet magħruf li numru mill-postijiet irreklamati għall-massaġġi, joffru servizzi oħra, hekk imsejħa ‘extras’, li jitfa’ dawl ikrah fuq salons leġittimi li jagħmlu xogħol professjonali.

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

 

 

More in Socjali