€631,000 għal proġetti ta’ tisbieħ fi tliet lokalitajiet

L-Awtorità tal-Ippjanar tagħmel qbil ma' tliet Kunsilli Lokali dwar fondi għall-proġetti ta’ tisbieħ

Birkirkara, Swieqi u x-Xagħra, Għawdex se jgawdu minn fondi għal proġetti ta’ tisbieħ permezz ta’ qbil dwar fond ta’ €631,000 bejnietom li sar mal-Awtorità tal-Ippjanar

Il-proġetti se jsiru fil-wied ta’ Birkirkara, permezzz ta’ tisbieħ fil-ġonna, bankijiet u dwal ġodda, tisbieħ fil-ġnien FX ebejer fis-Swieqi u xogħol ta’ pavimentar ġdid madwar il-kappella ta’ Sant Anton Abbati fix-Xagħra, Għawdex.

Tul l-aħħar snin, l-awtorità tal-Ippjanar, għamlet qbil fuq proġetti simili ma’ 13-il lokalità differenti, għall proġetti li ammontaw għal total ta’ €1.2 miljun. Il-fondi għal dawn il-proġetti jiġu mill-fond għall-Iżvilupp Urban, li huwa mmexxi mill-awtorità tal-Ippjanar u li l-fondi għalih jinġabru minn ħalsijiet li l-Awtorità timponi fuq l-iżviluppaturi, meta l-proġetti tagħhom ma jkunux jistgħu jipprovdu l-ispazji għall-parkeġġ meħtieġa mill-liġi tal-ippjanar.

More in Socjali