Ħames qaddiefa Maltin ser jadfu 75km bil-kayak madwar Malta

L-għan tal-qadfa se tkun biex jinġabru fondi għal proġett fil-Kenja

Ħames qaddiefa Maltin se jisfidaw il-mewġ u jaqdfu 75 kilometru bil-kayak, madwar Malta.

Dorian J. Vassallo, Albert Gambin, Renato Brincat, Alan Borg u Michael F. Farrugia ilhom jitħarrġu għal din il-qadfa għal diversi xhur. Id-dawra ma' Malta mistennija tieħu bejn 12 u 14-il siegħa li matulhom, il-qaddiefa jridu jaffaċjaw meded ta' baħar miftuħ għall-elementi, partikolarment meta l-ħames qaddiefa jkunu taħt l-irdumijiet fil-punent tal-gżira.

Din l-attività, organizzata mal-NGO Karibu! qed issir bil-għan li jinġabru fondi għal proġett fir-raħal ta’ Mbaoni fid-djoċesi ta’ Malindi ġewwa l-Kenja. Permezz ta' dawn il-fondi l-organizazjoni Karibu! qed tipjana li tibni skola għat-tfal tal-villaġġ.

L-organizzazzjoni żagħżugħa Karibu! torganizza diversi attivitajiet sabiex jinġabru fondi biex titjieb il-hajja u l-edukazjoni ta’ tfal li jgħixu fil-faqar f’diversi rħula fil-Kenja

Aktar informazjoni tista tinstab fuq il-pagna tal-Facebook ta' Karibu Malta, filwaqt li min jixtieq isegwi l-progress tal-qaddiefa jista' jagħmel dan minn fuq is-sit:
http://share.findmespot.com/shared/faces/viewspots.jsp?glId=0iMzXtkaAMYVbKWiUHFWplWc5q2JbpeVO

More in Socjali