L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa

L-Oroskopju
L-Oroskopju

Aquarius Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar
Sitwazzjoni skomda ser iġġiegħelek tieħu deċiżjoni xi ftit jew wisq kontra qalbek imma issa ma hemmx lok aktar li tħossok bejn ħaltejn, issa jew vi jew va! Għalkemm qed tħoss xi ftit skumdità dwar din is-sitwazzjoni, dak li għaddejja minnu u dak li ġejja xorta waħda trid issir din id-deċiżjoni. L-importanti li ma tarax dak li jista’ jkun għal-lum imma trid tqis il-futur tiegħek. Aħseb sew!

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma isfar, abjad u blu.

L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Scorpio.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 26 u 31
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna.
 

Pisces- Mid 19 ta’ Frar sal-20 ta' Marzu
Għalkemm il-karriera hi l-akbar prijorità tiegħek imma trid tagħraf ukoll ir-relazzjoni u d-dedikazzjoni tal-maħbub/a tiegħek. Bħalissa m’intix tinduna li hemm żbilanċ f’din is-sitwazzjoni, għandek bżonn issib spazju ta’ rilassament fejn tajjeb li tmur tgħum jew terġa’ taqbad id-delizzju li kellek. Agħti ftit spazju għalik innifsek

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Capricorn.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 14, 23 u 30.
Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom.

Aries –mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April
Għalkemm il-ħajja romantika li għandek hi waħda trankwilla, għal xi raġuni fil-ġranet li ġejjin, se tibda taħseb dwar ċertu affarijiet minħabba xi tibdil li ser tara fis-sieħeb / sieħba tiegħek. Però m’għandekx għalfejn tallarma ruħek. Tajjeb li bil-mod tara kif ser tidħol fis-suġġett biex tara eżatt għaliex qiegħed jiġri dan it-taqlib. Dejjem żomm il-kalma u idħol għad-diskors fin fin.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma aħmar, kannella u abjad.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Sagittarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 18, 26 u 35.
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.

Taurus –mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju
Waqfa li qiegħed tippjana hi purament tajba minn kull aspett. Din hi okkażżjoni tajba għalik sabiex waqt li se jkollok ftit serħan mill-istress ta’ madwarek, ikun ukoll mument tajjeb ta’ riflessjoni għal dak li għandek tkompli tagħmel fil-kumplament tas-sena. Din il-waqfa għandha sservik biex tiffoka fuqek  għalhekk aħtaf din l-opportunità.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Leo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 12, 22 u 37.
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom.

Gemini – mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju
Sfidi quddiemek għandha tkun ta’ aktar kuraġġ u determinazzjoni. Għalkemm bħalissa rġajt qed tiltaqa’ ma’ kurrenti kontra tiegħek dan għandu jkun ta’ opportunità biex joħroġ il-karattru qalbieni tiegħek. Għalkemm inti trid tagħraf tibqa’ kawt quddiem kull sitwazzjoni, żomm lilek innifsek pożittiv u żgur li kif dejjem irnexxielek tagħmel din il-fażi wkoll tiġi megħluba. Żomm kalm.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma isfar, oranġjo u blu.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Virgo.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 19, 27 u 33.
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom.

 

Cancer – mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju
Bħalissa huwa l-mument li trid tagħraf tuża moħħok. Għalkemm tinsab taħt pressjoni qarrija xorta waħda din sejra tgħaddi. Minn din l-esperjenza issa trid tagħraf timxi aktar b’moħħok. B’dak li esperjenzajt issa tista’ tinnota kif bħal donnok tinsab taħt osservazzjoni. Issa tista’ tagħraf tisfrutta dak li inti tixtieq tagħmel. 

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma abjad , blu u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Libra.

Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 5, 13, 29 u 38.
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
 

Leo – mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu
Xi drabi ninqabdu bejn ħaltejndwar deċiżjoni li għandna nieħdu jew inkella liema triq irridu nagħżlu. Inutli li tipprova tieħu xi pariri għax dak li tħoss int ħadd mhu se jħossu. Il-parir li inti ser tirċievi se jkun fuq dak li jħoss ħaddieħor u mhux dwar dak li tħoss int. Ieqaf minn dak kollu li qed tagħmel u rrifletti aktar dwar dak li tixtieq.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma aħmar, oranġjo u deheb.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Cancer

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 19, 25 u 32.
Leo huma magħrufin kemm huma umli.


Virgo -mit 23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru
Għalkemm din hija ġimgħa ta’ impenn u ser tħarbatlek xi ftit l-iskeda li inti tħobb iżżomm, xorta għandek tagħti l-massimu tiegħek biex turi l-abbiltà tiegħek u dan għandu jservi ta’ ġid ’il quddiem fil-karriera tiegħek. Mhix ser tkun ġimgħa faċli u għalkemm ser ikun hemm mumenti fejn taqta’ qalbek, trid tkompli turi l-kapaċitajiet tiegħek.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma aħmar, oranġjo u deheb.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Aries.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 12, 28 u 31.

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra –mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru
Pjan ta’ waqfa li qed tħejji, għandu jservi tajjeb minħabba l-pressjoni li hemm madware. Din il-vaganza se jkollha żewġ għanijiet: l-ewwel li tistrieħ ftit għax għandek bżonn tirrilassa u t-tieni se tkun opportunità biex tirrifletti fuq dak li hemm ġej. Aħseb dwar kif ser tqassam il-ħin għax taf li minn dak li qed tara jaf ikun hemm żbilanċ għat-tqassim tal-ħajja tiegħek

Kuluri favoriti ma’ Libra huma blu, aħdar u abjad.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Taurus.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 29 u 35.
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio – mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru
Ħsieb li qed idur f’moħħok, ser ikun ta’ inkwiet għalik f’din il-ġimgħa. L-aħjar mod kif issib ftit serħan il-moħħ huwa li tieqaf ftit u tiffoka fuq il-problema biex issolviha mill-aktar fis possibbli. Jekk tibqa’ ttawwal, il-problema sejra toħloq ostakoli li se jfixkluk fir-rutina tiegħek. Din il-ġimgħa sib spazju waħdek, irrifletti u ddeċiedi sew.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma aħmar, iswed u vjola.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Pisces.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 18, 22, u 34.
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom.


Sagittarius – mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru
Għalkemm tinsab kuntent/a fir-relazzjoni li tinsab fiha bħalissa, xorta għandek tirrifletti fuq il-passat. Dan ser jikkawża xi problemi żejda f’dan il-mument. Il-passat tajjeb tħares lejh sabiex tagħmel xi riflessjonijiet imma jkun ħażin ħafna jekk teħel ma’ dan l-imbierek passat kulma għandek tagħmel hu li tiffoka fuq dak li għandek illum u dak li għadda ħallih
Kulur favorit ma’ Sagittarius huma blu, roża u isfar.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Gemini.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 14, 28 u 39.
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom.

Capricorn -mit 23 ta' Dicembru sad 19 ta' Jannar
Persuna mill-passat ser tidħol fil-ħsibijiet tiegħek. Ser tinħoloq kurżità kbira madwarek minħabba li tixtieq tkun taf dwar il-ħajja ta’ din il-persuna. Din is-sitwazzjoni taf iġġiblek inċertezza kbira f’ħajtek u dan jaf ifisser xi ftit inkwiet żejjed għalik meta suppost għandek perjodu stabbli. Moħħok bħal donnu qatt m’għandu kwiet. Tgħaġġilx għax dak li taħseb jaf ma jkunx.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma aħmar, vjola u blu.
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.

L-istilla li trid tevita mill-ħajja tiegħek ġejja minn Aquarius.

Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 10, 25 u 36.
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom.

More in Socjali