Il-MSPCA tikseb aktar appoġġ

MSPCA tħabbar sponsor ġdid, li se jgħin lis-soċjetà fin-nutrizzjoni tal-annimali... u ħafna aktar

Ikel aħjar għall-klieb tal-MSPCA grazzi għal sponsor ġdid
Ikel aħjar għall-klieb tal-MSPCA grazzi għal sponsor ġdid

MSPCA, magħrufa qabel bħala SPCA Malta, qed tħabbar sponsor ġdid, Pet Nutrition House, il-produtturi tal-marki lokali tal-ikel għall-annimali, 'Prince' u 'Princess'.

MSPCA tieħu fil-kura tagħha u issib familji ġodda għal annimali domestiċi mhux mixtieqa jew abbandunati f'Malta. Is-Soċjetà tagħraf il-ħin tal-ikel bħala il-qofol fir-rutina ta' kuljum ta' dawn l-annimali. Meta wieħed iqis in-nuqqas ta' arrikkiment ambjentali minnħabba li jinsabu f’kennel, is-soċjetà trid tagħmel meżż li tuża l-ħin tal-ikel biex ittejjeb il-burdata tal-annimali.

Sabiex tinżamm is-saħħa u l-kuntentizza tal-annimali, ġisimhom għandu bżonn jikseb in-nutrijenti meħtieġa, f'bilanċ ġust u mogħti b'mod li l-ġisem jista' jagħmel użu siewi minnhom.

MSPCA, studjat u rrivediet ir-reġim ta’ għalf tagħhom biex isibu modi biex dan jitjieb, filwaqt li jjinżammu wkoll għall-minimu l-ispejjeż . Bilanċ tajjeb bejn ix-xaba', is-saħħa u l-ispiża nstab fl-Prince Vitality u Complete, linja ġdida ddisinjata sabiex jitħallat ma' ikel premium tal-laned.

 "Il-filosofija tad-ditti tagħna 'Prince' u 'Princess' hija li aħna kburin li niżguraw il-ħarsien ta' annimali inqas ixxurtjati billi nagħtu kontribuzzjoni bħala l-istrateġija tagħna għal impenn fl-assistenza", jgħid Matthew Wismayer, Direttur Maniġerjali ta' Pet Nutrition.

Pet Nutrition House taw rati eċċellenti lis-soċjetà sabiex tixtri l-kel tal-pets tagħha, kif ukoll impenjaw ruħhom li jipprovdu pakkett ta’ 20 kilo ikel għal kull annimal adottat mis-Soċjetà. Huma taw sostenju fil-fiera Treasure Island li saret reċentement fir-Rebbiegħa mill-MSPCA fil-Ġonna ta' San Anton u se jattendu avvenimenti mas-Soċjetà kull meta jkun possibbli, filwaqt li jipprovdu wkoll tined u siġġijiet fl-attivitajiet organizzati mis-soċjetà.

Bħala sostenituri, Pet Nutrition House se jkunu qegħdin jipprovdu wkoll għall-MSPCA  ġugarelli u treats għall-annimali b’ammont € 250. Il-ħaddiema tal-MSPCA irċevew ukoll uniformijiet ġodda għas-Sajf b'kuluri aktar vibranti, filwaqt li l-uniformijiet tax-Xitwa għadhom qed jiġu ppjanati.

Is-soċjetà qed tistenna bil-ħerqa kampanja ta’ ġbir ta' fondi mistennija li sseħħ fix-xhur li ġejjin, fejn il-qligħ mill-prodotti magħżula u mmarkati mill-marki Prince u Princess se jmorru għall-MSPCA.

"Aħna ninsabu eċitati bil-kollaborazzjoni ma' produttur lokali ta’ ikel għall-annimali domestiċi. Dan jgħinna jkollna kontroll aħjar fuq dak li l-annimali tagħna qed jieklu u jippermettielna nagħtu rispons dirett fuq il-formulazzjoni tal-ikel, li fl-aħħar mill-aħħar se jibbenefikaw minnha l-annimali domestiċi lokali kollha. Nisabu ħerqanin sabiex ikollna aktar sħubijiet produttivi ma negozji lokali biex inkunu nistgħu nilħqu l-għanijiet li għandna pjanati għas-snin li ġejjin," tgħid Sarah De Cesare Dunkerley, Chief Operations Officer tal-MSPCA.

More in Socjali