filmat | Waqgħa papali fil-Polonja

Il-Papa Franġisku kien qed jiċċelebra l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja

Ftit qabel ma bdiet il-quddiesa fis-santwarju tal-Madonna f'Czestochowa, Papa Franġisku tfixkel waqt li kien miexi fit-taraġ tal-palk imwaqqaf apposta għall-okkażjoni, u waqa' mal-art.

F'dak il-mument, il-Papa kien miexi lejn l-inkwatru tal-Madonna bl-inċens f'idejh sabiex jitlob quddiemha, iżda tfixkel fil-pass u waqa' mal-art bl-inċensier f'idejh.

Minkejja dan, il-Papa malajr qam minn mal-art, u kompla biċ-ċelebrazzjoni. Il-Papa jinsab il-Polonja sabiex jiċċelebra l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

More in Socjali