6 ijiem ta’ Olimpjadi tat-Tfal

Divertiment u edukazzjoni ġewwa l-kumpless ta’ Bay Street

6 ijiem ta' Olimpjadi għat-tfal f'Bay Street
6 ijiem ta' Olimpjadi għat-tfal f'Bay Street

Ftit tal-jiem oħra jingħata bidu għall-Olimpjadi ta’ Rio, li se jżommulna kumpanija għal tliet gimgħat sħaħ. Fid-dawl ta’ dan, Bay Street Shopping Complex se jorganizza avveniment, bl-isem ta’ Olimpjadi tat-Tfal, li se jkun mifrux fuq tliet gimgħat bejn il-5 u l-20 tax-xahar.

L-għan ewlieni ta’ dan l-avveniment huwa dak li jinħoloq ambjent li fih it-tfal jieħdu pjaċir fl-istess waqt li joffri spunti edukattivi kemm għat-tfal kif ukoll għall-ġenituri tagħhom. Bay Street huwa magħruf mal-pubbliku lokali li joħloq numru ta’ avvenimenti matul is-sena li joffru animazzjoni u innovazzjoni, u fil-kaz tal-Olimpjadi tat-tfal, se jintuża l-kunċett tal-Olimpjadi biex jippromwovi l-importanza tal-isport fost it-tfal kif ukoll li tingħata informazzjoni utli lil ġenituri dwar l-izvilupp ta’ wliedhom.

Il-programm ta’ dan l-avveniment jinkludi logħob li huma relatati mal-Olimpjadi, biex b’hekk il-participanti aktar jidħlu fl-ispirtu. Fost il-logħob ta’ dan l-avveniment insibu Discus, Mini Basket, Olympic Rings, Obstacle Course Relay, kif ukoll diversi logħob tal-ilma.

L-attività se tkun imqassma fuq tlett ijiem kull gimgħa (ġeneralment l-Erbgħa, il-Ġimgħa u s-Sibt - 5, 6, 10, 17, 19 u 20 t’Awwissu). 

Kull partiċipant se jingħata midalja bħala tifkira tal-parteċipazzjoni tiegħu, fl-istess waqt li se jkun hemm programmi edukattivi u taħdidiet minn rappreżentanti tal-Kumitat Olimpiku Malti. Dawn tal-aħħar offrew sessjoni ta’ attivitajiet li taqa’ taħt il-programm tal-Unjoni Ewropeja, ‘Preplay’, li huwa programm kontra d-‘doping’. Se tiġi organizzata wkoll taħdida mal-ġenituri li se tkun immexxija minn għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika.

Tfal li għandhom bejn il-ħames snin u l-għaxar snin huma eliġibbli li jipparteċipaw. Diversi għaqdiet sportivi kkonfermaw il-partiċipazzjoni tagħhom, u kull min jixtieq jipparteċipa jista’ jibgħat email fuq [email protected] jew inkella jcempel fuq in-numru tal-mobile- 79497797.

Bay Street iħeġġeġ lil pubbliku Malti biex jattendi għal dan l-avveniment interessanti u filwaqt li t-tfal jieħdu pjaċir bil-logħob li se jkun hemm ippreparati għalihom, il-ġenituri jiddiskutu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar l-iżvilupp ta’ wliedhom u l-importanza tal-isport.

More in Socjali