Tintemm id-dawra mad-dinja tas-‘Solar Impulse’

L-ajruplan li jaħdem bl-enerġija tax-xemx, ‘Solar Impulse’, itemm il-vjaġġ storiku tiegħu madwar id-dinja

Selfi meħud mill-bdot Bertrand Piccard, li niżżel is-'Solar Impulse' f'Abu Dabi għat-tmiem tal-vjaġġ madwar id-dinja
Selfi meħud mill-bdot Bertrand Piccard, li niżżel is-'Solar Impulse' f'Abu Dabi għat-tmiem tal-vjaġġ madwar id-dinja

‘Solar Impulse’, sar l-ewwel ajruplan li jaħdem bl-enerġija tax-xemx li f’temp ta’ sena dar dawra mad-dinja. Il-vjaġġ temm f’Abu Dabi fejn is-‘Solar Impulse’ għamel l-aħħar inżul tiegħu għall-dan il-vjaġġ rekord.

Għall-aħħar tappa tal-vjaġġ tal-ajruplan, il-bdoti Bertrand Puccard u Andre Borschberg, bejniethom saqu mill-Kajr, fl-Eġittu, sa Abu Dabi fl-Emirati Għarab Magħquda.

B’din l-aħħar titjira mill-Kajr, temm vjaġġ ta’ sena magħmul minn 17-il titjira li beda minn Abu Dabi stess nhar id-9 ta’ Marzu tas-sena li għaddiet. Il-vjaġġ storiku ħa lis-‘Solar Impulse’ tul erba’ kontinenti, tliett ibħra u żewġ kontinenti.

L-itwal titjira minn dan il-vjaġġ kienet bejn Nagoya, fil-Ġappun, sal Hawaii, li damet 118 siegħa u kienet twila 8,924 kilometru.

Is-‘Solar Impulse’ jiżen daqs karozza, iżda għandu l-ġwejnaħ twal daqs dawk ta’ Boeing 747, peress li huwa fuqhom li jinstabu ż-17,000 ċellula solari li jagħtu l-enerġija lill-ajruplan.

 

More in Socjali