Il-kirjiet privati quddiem il-Kabinett

Il-Ministru Michael Farrugia se jressaq proposti dwar kirjiet privati quddiem il-Kabinett

L-ILLUM jista'  jiżvela kif fil-ġimgħat li ġejjin, il-Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia se jkun qed iressaq numru ta’ proposti quddiem il-Kabinett bil-għan li tibda tkun indirizzata r-realtà fis-suq tal-kiri.   

Il-proposta ta’ Farrugia se tiffoka fuq is-sussidju ta’ €83 fix-xahar li jagħti l-Gvern lil min qed jikri mill-privat u li għandu dħul baxx, kif ukoll għall-ewwel darba, se tkun qed tinċentiva lis-sidien biex jidħlu f’arranġament mal-Awtorità tad-Djar dwar il-prezz tal-kirja meta jaċċettaw li jikru lil individwi u familji bi dħul baxx.

L-ILLUM hija nfurmata wkoll li wara diskussjoni u l-kunsiderazzjoni tal-Kabinett, din il-proposta mistennija titħabbar bħala miżura fil-baġit li jmiss.

Ma’ din il-gazzetta iżda, l-Ministru Farrugia reġa’ tenna li l-politika tal-Gvern hija kompletament kontra l-indħil fis-suq tal-kirjiet u impożizzjoni ta’ kontrolli fuq kemm kera tista’ tiżdied, kif fil-fatt qed tipproponi bint l-eks-Prim Ministru Laburista Dom Mintoff.

More in Socjali