Jacob: 'Titanium Man' u l-familja Cachia fl-ILLUM ta' għada

Sir af aktar dwar l-esperjenzi u l-ħidma tal-familja Cachia

Aqra iktar dwar l-esperjenzi diffiċli tal-familja Cachia fil-ħarġa tal-gazzetta ILLUM ta' għada, u l-ħidma tal-istess familja ma' persuni u familji li jkunu għaddew minn xi trawma bħal tagħhom permezz tat-twaqqif tal-grupp Survivors Malta.

Il-familja titkellem ukoll dwar il-ħajja tagħhom illum li Jacob fieq, u l-ħolm u l-pjanijiet tagħhom għall-futur. Mal-ILLUM tkellmu wkoll dwar il-ktieb 'Jacob: My Titanium Man' li ħareġ f'Settembru li għadda u l-messaġġ ta' tama u ispirazzjoni li xtaqu jwasslu permezz tiegħu.

More in Socjali