Ħadd mill-PBS m'applika għal pożizzjoni ta' Rachel Baldacchino

Sorsi mill-PBS qalulna li "ma tistax ma tiħux sehem fit-tiġrija u tippretendi li tieħu t-tazza"

Sorsi mill-PBS tkellmu mal-illum.com.mt dwar il-każ li ħareġ dalgħodu fuq il-media hekk kif seba ġurnalisti għamlu rikors il-Qorti biex jingħataw l-istess salarju li ngħatat Rachel Baldacchino filwaqt li erba oħra ressqu lmenti quddiem il-GWU.

Dawn is-sorsi qalulna li qabel l-impjieg ta' uffiċċjal fl-amministrazzjoni ngħata lil Rachel Baldacchino, kienet ħarġet 'call for application' interna, fejn, skont dawn is-sorsi, kien hemm ċar d-deskrizzjoni tax-xogħol li kien jgħid li l-persuna kellha taħdem fuq il-website u editing, fost oħrajn. L-istess sorsi qalulna li l-erba ġurnalisti li ressqu l-ilmenti lil GWU għamlu ilmenti kompletament differenti, mhux dwar il-pożizzjoni ta' Rachel Baldacchino. Dawn l-erbgħa, komplew is-sorsi tagħna, lmentaw dwar gradi u salarji.

Is-sorsi mill-PBS qalulna wkoll li ma tistax "ma tiħux sehem fit-tiġrija u tippretendi li tieħu t-tazza."

 

 

 

 

More in Socjali