Illum tibda ż-żjara Rjali f'Malta

Ir-Reġina mistennija tasal f'pajjiżna illum

It-tħejjijiet u l-preparamenti għal-laqgħa tal-kapijiet tal-istati membri fil-Commonwealth, iċ-CHOGM, se jilħqu l-qofol tagħhom illum, u matul il-jumejn li ġejjin. Fil-fatt illum mistennija tibda ż-żjara Rjali tagħha, r-Reġina Eliżabetta II li mistennija tasal f'Malta għall-ħabta tat-3pm. 

Jakkumpanjaw lir-Reġina f'din iż-żjara se jkun hemm żewġha l-Prinċep Filippu, binhom il-Prinċep Karlu, flimkien ma' martu Camilla li dawn tal-aħħar mistennijja jaslu xi ħin qabel ir-Reġina.

It-temp li se jilqa' lir-Reġina mhux se jkun wieħed tajjeb hafna hekk kif kien hemm xi twissijiet ta' riħ qawwi u mistennija wkoll ix-xita matul il-jum ta' għada. Minħabba f'dan, inħareġ tibdil fil-programm inizjali tar-Reġina, hekk kif se tibqa' sejra dritt lejn il-Palazz ta' Sant' Anton f'Ħ'Attard minflok fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt.

Din iż-żjara f'pajjiżna hi s-sitt waħda għar-Reġina Eliżabetta II.

More in Socjali