Issir l-awtopsja fuq iż-żagħżugħ Matthew Demicoli

Saret l-awtopsja fuq iż-żagħżugħ ta 17-il sena li miet ħabta u sabta

Iż-żagħżugħ Matthew Demicoli • Ritratt: Facebook
Iż-żagħżugħ Matthew Demicoli • Ritratt: Facebook

Matthew Demicoli, iż-żagħżugħ ta' 17-il sena minn Ħal Balzan li lbieraħ miet ħabta u sabta u hu dieħel l-iskola filgħodu, saritlu l-awtopjsja sabiex tiġi ddeterminata l-kawża tal-mewt tiegħu.

L-awtopsja kkonfermat li l-kawża tal-mewt ta' Demicoli kienet waħda naturali meta ċeda l-pulmun taż-żagħżugħ u wassal għal kumplikazzjonijiet f'qalbu.

Iż-żagħżugħ miet ilbieraħ filgħodu għall-ħabta tat-8.15 meta kien dieħel l-iskola Higher Secondary tan-Naxxar ftit wara li missieru waqqfu ftit metri 'l bogħod. 

More in Socjali