Malta se jkollha l-ewwel ċimiterju għall-annimali

Il-MEPA tapprova l-bini ta’ ċimiterju għall-annimali f’ Ta’ Qali, l-fdalijiet tal-annimali se jiġu kremati

L-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA, approvat applikazzjoni għall-bini ta’ ċimiterju tal-annimali f’ Ta Qali.

Dan il-proġett huwa l-ewwel tat-tip tiegħu f’Malta u se jiġi attwat fuq art ta’ madwar 1,800 metru kwadru fl-inħawi magħrufa bħala ta’ San Ġakbu f’Ta’ Qali, limiti ta’ Ħ’Attard. Minkejja raġunijiet ta’ saħħa pubblika, il-fdalijiet tal-annimali mhux se jindifnu b’mod dirett iżda se jiġu kremati.

Il-pubbliku se jkollu wkoll l-possibilità li minflok jidfen l-irmied tal-annimali fiċ-ċimiterju, jeħodhom lura d-dar.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes qal li jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-MEPA.

Roderick Galdes qal ilu jinħass il-bżonn għal dan il-proġett u bid-deċiżjoni tal-lum, dawk kollha li jħobbu l-annimali se jkollhom post fejn iqiegħdu l-fdalijiet tal-annimali domestiċi wara li dawn imutu.

More in Socjali