Ċentru tas-saħħa ġdid f'Ħal Tarxien joffri għajnuna fl-istil tal-ħajja

Chris Fearne jgħid li 80% tal-imwiet huma kawża ta' mard li ma jittieħidx u li għaldaqstant, għandha tiġi provduta għajnuna ħolistika għal stil ta' ħajja aħjar

Iċ–ċentru tas-saħħa l-ġdid ta’ Ħal Tarxien se jibda joffri għajnuna ħolistika ta’ kif tgħix ħajtek, kif ukoll servizzi mediċi.

Dan ġie mħabbar dalgħodu mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo. Huwa spjega kif din l-inizjattiva hija immirata sabiex il-kunsill lokali jkun iktar viċin is-soċjetà.

Is-Segretarju Parlamentari tas-Saħħa Chris Fearne sostna kif 80% tal-imwiet huma kawża ta’ mard li ma jittieħidx, fosthom problem tal-qalb u pressjoni, u li għaldaqstant, il-mod ta’ kif persuna tgħix ħajjitha hija importanti.

Dan is-servizz mhux l-unika wieħed f’ Malta, hekk kif skont Fearne, ċentri fil-Gudja, Żabbar, Żurriq, San Ġwann, Gżira u Msida, joffru servizzi simili sabiex ittejbu ħajjet in-nies.

Flimkien ma’ disa’ ċentri tas-saħħa oħra f’Malta u Għawdex, iċ-ċentru l-ġdid ta’ Ħal Tarxien jaqa’ taħt ir-responsabbilità tal-kunsill lokali.

More in Socjali