Isqof jitlob li tifel b'diżabilita mentali ma jkomplix itellef ċerimonja tal-Knisja

Waqt li missieru kien ħiereġ bih barra l-knisja jgħid li ikun aħjar li joħroġ barra l-knisja għax hemm ma kienx postu

F'Rovigo l-Italja waqt funzjoni tal-griżma inqala każ li qajjem kontroversja sħiħa, meta missier tifel b'diżabilita mentali kellu joħroġ lil-ibnu ta' 25 sena, Massimiliano meta dan kien qed jgħajjat u jċapċap idejh u l-isqof li kien qed jamministra l-griżma waqaf u qal, "nista nkompli jien?". Iż-żagħżugħ waqaf iżda wara ftit reġa beda jgħajjat u missieru deher jiħroġ lill-ibnu mill-knisja bil-wheelchair. Dak il-ħin l-isqof instema jgħid, "Tajjeb, hekk aħjar li toħorġuh barra. Hawn mhux postu.

Massimiliano kien qiegħed il-knisja jattendi għal griżma ta' ħuh u dan it-tfajjel hu maħbub ħafna fir-Raħal għax għalkemm mentalment għandu problema hu persuna li skont in-nies tar-raħal jgħidu li kapaċi juri emozzjoni bil-mod tiegħu u hu persuna maħbuba ħafna.

 

More in Socjali