L-Air Malta tiċċelebra 40 sena topera lejn l-ajruport ta’ Schiphol f’Amsterdam

Bdiet ittir lejn Schiphol f'Mejju, 1975

Bdiet ittir lejn Schiphol f'Mejju, 1975
Bdiet ittir lejn Schiphol f'Mejju, 1975

 

L-Air Malta qed tiċċelebra 40 sena topera lejn l-ajruport ta’ Schiphol f’Amsterdam. Il-linja tal-ajru bdiet topera lejn l-Olanda madwar sena wara li bdiet ittir fl-1 ta’ April, 1974.

Dan is-sajf l-Air Malta qed topera titjira kuljum lejn Amsterdam.

F'kumment dwar dan Joe Galea, id-Deputat Kap Kummerċjali qal, "Aħna eċċitati ħafna li lħaqna dan il-tragward. 40 sena ilu ftaħna dan is-suq u matul is-snin investejna ħafna fuq din ir-rotta li fuqa ġarrejna aktar minn 2 miljun passiġġier. Ħerqana li nkomplu noperaw lejn Amsterdam u niksbu aktar suċċessi għall-benefiċċju kemm tat-turisti Olandiżi li jżuru l-gżejjer tagħna kif ukoll għall-Maltin li regolarment iżuru din il-belt sabiħa. "

L-ajruport ta’ Schiphol f’Amsterdam reċentement ġie nnominat id-9 l-aqwa ajruport fid-dinja fil-2015 World Airport Awards, organizzata mill-websajt tal-avjazzjoni, Skytrax.

More in Socjali