Jason Micallef jgħid li t-tort t'Anton Attard

Micallef jgħid li r-responsabilità tad-disfatta ta' Malta fil-Eurovision għandha tintrefa' mis-CEO tal-PBS

Iċ-Chairman tal-Valletta 2018 Jason Micallef sostna li Malta m'għaddietx għall-finali tal-Eurovision ta' nhar is-Sibt minħabba is-CEO tal-PBS Anton Attard.

Micallef kiteb fuq Facebook li Attard għandu ħafna "x'jirrispondi bil-kbir għal disfatta oħra", fejn qal li "ir-responsabilità aħħarija ta' dar-riżultat hija tiegħu  mill-bidu sal-aħħar."

Attard inħatar produttur eżekutti tal-Junior Eurovision Song Contest 2014 li ttella' f'Malta f'Novembru li għadda.

Micallef kien diġà akkuża lill-Attard li "seraq metaforikament it-talent tal-One TV u numru ta' produzzjonijiet," meta l-eks kap tan-Net TV u tal-attivitajiet wara l-kampanja tal-elezzjoni tal-PN inħatar CEO tal-PBS.

Attard kien sostna li dak l-programmi fuq il-PBS kienu ntagħżlu skont il-politika tax-xandir nazzjonali. Wara l-pubblikazzjoni ta' Programme Statement of Intent, numru ta' programmi li qabel kienu jixxandru fuq il-One tegħu l-applikazzjoni tagħhom, iżda l-għazla tal-programmi ssir mill-bord editorjali tal-PBS u mhux mis-CEO.

Attard kien qal li hu qatt ma avviċina programmi li bħalissa qed jixxandru fuq il-One biex jitfgħu applikazzjoni mal-PBS. "Ma nistax nifhem kif jien nista' ninżamm responsabbli jekk il-produtturi tat-TV privati applikaw u jridu l-produzzjonijiet tagħhom jixxandru fuq il-PBS." kien sostna.

 

More in Socjali