Seminar dwar it-teknoloġija biex tgħin għixien aktar indipendenti

Organizzat seminar fejn fih ġie diskuss l-importanza tat-teknoloġija assistiva

B'kollaborazzjoni bejn il-Fakultà tal-ICT u s-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u l-Anzjanità Attiva, llum ġie organizzat seminar dwar it-teknoloġika assistiva.


Id-dekan tal-Fakulta tal-ICT qal li huwa verament sodisfaċenti li tara l-Informazzjoni Teknoloġika tintuża minn ġenerazjoni iżgħar biex iwasslu l-ideat u l-impenn taħghom fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet u għodod li jgħinu ċittadini anzjani u persuni b’diżabilità fis-soċjetà. Din tidher biċ-ċar fi proġetti li ġew sottomessi fl-aħħar sena li qiegħdin jiġu ippreżentat mill-akkademiċi u magħżula mill-istudenti tagħna.


Waqt l-indirizz tagħha, Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana, saħqet fuq l-importanza ta’ din it-teknoloġija biex tgħin għal ħajja aħjar. Caruana tkellmet fuq is-servizz tat-telecare plus - servizz li issa qabeż l-1000 utent. Qalet li l-iskop ta’ dan is-seminar kien sabiex tinħoloq pjattaforma għal diskussjoni u azzjoni sabiex nippromovu l-użu tat-teknoloġija assistiva biex anzjani u persuni b’diżabilità ikollhom ħajja kwalitattiva fil-komunitajiet rispettivi tagħhom. 


Is-Segretarju Parlamentari Jose Herrera qal li permezz ta' politiki differenti, il-Gvern qed jaħdem sabiex jiġġieled id-digital divide - li kontra għal dak li jaħsbu ħafna nies, ma jolqotx biss xi sezzjoni waħda tas-soċjetà.

F’dan is-seminar kien hemm ukoll eżebizzjoni ta’ teknoloġija assistiva li hawn fis-suq minn diversi kumpaniji differenti. Iż-żewġ Segretarji Parlamentari żaru din l-eżebizzjoni u tkellmu mal-istakeholders differenti. F’dan is-seminar ħadu sehem l-Organizzazzjoni ICTsa, id-Dipartiment għall-Istudji tad-Diżabilità fl-Università ta’ Malta, Pilot Lite Ventures, Awdjoloġisti mill-Isptar Mater Dei, id-Dipartiment tal-Occupational Therapy tar-Residenza San Vinċenz, Sonia Tanti Independent Living Centre, u Intellitronica.

More in Socjali