Differenza ta' 16% fil-paga bejn in-nisa u l-irġiel tal-UE

Konferenza organizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) tħeġġeġ l-importanza ta' pagi ugwali bejn in-nisa u l-irġiel.
 

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) dalgħodu organizzat konferenza li waqtha ġew diskuss il-prinċipju tal-pagi mhux ugwali bejn in-nisa u l-irġiel. Fid-diskors tal-ftuħ, Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur, u l-Libertajiet Ċivili, Dr. Helena Dalli, saħqet li l-Gvern iwiegħed li jibqa' jaħdem sabiex jara li ma jkunx hemm differenza fil-paga bejn l-irġiel u n-nisa. Il-Ministru Dalli rreferiet, fost l-oħrajn, għas-servizz taċ-childcare b'xejn għal ġenituri li jaħdmu jew jistudjaw, li ġie mnehdi f'April tas-sena l-oħra - servizz li sal-aħhar ta' Diċembru 2014 għamlu użu minnu aktar minn 3,800 tifel u tifla. Il-Ministru Dalli rreferiet ukoll għall-Breakfast Club, u għall-inizzjattivi li ġew mħabbra fil-Baġit 2015.

Il-Kummissarju tal-NCPE, Renee Laiviera spjegat kif dan kien l-ewwel tip ta' avveniment tat-tip tiegħu f'Malta. Spjegat ukoll kif il-figuri juru li figuri juru li l-paga tan-nisa fl-UE hija fuq medja ta' 16% fis-siegħa anqas mill-irġiel, u kif dawn il-figuri jvarjaw minn post għall-ieħor fl-Ewropa. Din il-figura f'Malta kienet ta' 6.1% fis-sena 2012.

Dr. Anna Borg spjegat li d-differenza fil-pagi bejn n-nisa u l-irġiel, għalkemm jaf tkun waħda diretta, hija wkoll konsegwenza indiretta tal-irwoli tradizzjonali li n-nisa u l-irġiel għandhom fid-dinja tax-xogħol.

Waqt dan l-avveniment ġew diskussi wkoll x'miżuri jistgħu jittieħdu sabiex niġġieldu d-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel, u kif wieħed jista' jħeġġeġ it-trasparenza fil-pagi.

More in Socjali