L-impatt ekonomiku tal-pestiċidi u l-kimiċi fil-plastik

Studju jgħid li l-Ewropa tonfoq biljuni fis-sena biex titratta mard relatat mal-użu, fost l-oħrajn, tal-pestiċidi, ta' kimiċi li jinstabu fil-plastik.

Skont studju li sar mill-Università ta' New York l-impatt ekonomiku li qed iħallu l-kimiċi li jinstabu fost l-oħrajn fil-pestiċidi u fil-plastik qed iħallu mhux biss impatt fuq il-bniedem, wkoll b'konsegwenza t'hekk fuq l-ekonomija wkoll. Huwa stmat li d-dannu li dan qed ikollu fuq il-bniedem jiswew aktar minn €150 biljun kull sena fl-Ewropa biss. Esperti f'dan il-kamp iżda jgħidu li hemm bżonn ta' iżjed riċerka dwar dan is-suġġett - speċjalment għaliex dan l-istudju partikolari ma ħarisx lejn l-impatti kollha li jaf ikollhom dawn it-tip ta' kimiċi.

Dan l-istudju wera li l-iżjed li ħallew impatt fuq l-ekonomija kienu l-pestiċidi, b' €120 biljun, il-kimiċi fil-platik, b'€26 biljun, u prodotti li permezz tagħhom jintfew il-fjammi tan-nar, b'€9 biljun.

Dan l-istudju għamel riferiment ukoll għal xi wħud mill-kimiċi, magħrufin bħala ECDs min-natura tagħhom huma simili ħafna għall-ormoni li jikkontrollaw il-fiżjoloġija tal-ġisem tagħna. B'hekk il-ġisem, meta espost għalihom, jaf jitfixkilhom minħabba li l-ECDs jimitaw il-funzjoni tal-ormoni. Dawn jafu wkoll jimblokkaw kompletament il-funzjoni tal-ormoni.

Instabet rabta bejn dawn it-tip ta' kimiċi, u xi tipi ta' kanċer, obeżità, dijabete, u problemi bit-tagħlim. L-iżjed li hemm tħassib huwa dwar l-effett tagħhom fl-ewwel ftit stadji ta' żvilupp ta' persuna.

L-awturi ta' dan l-istudju saħqu li inqas ma weħed jesponi ruħu għalihom, iżjed aħjar.

 

More in Socjali