Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija

Jekk surmast ta' skola tal-Knisja jkun gay f'unjoni ċivili jkolli problema bih - Arċisqof Scicluna

Isostni li hu se jivvota LE għal kaċċa fir-Rebbiegħa

John Busuttil / 28 ta' Frar 2015 17:38
Fuq Xarabank l-Arċisċof il-ġdid Charles Scicluna kellu intervista qasira mal-preżentatur Peppi Azzopardi. Intervista 'straight to the point' mingħajr ħafna tidwir mal-lewża u b'mod mill-aktar onest b'ċerta simpatija wkoll u xi battuta ħelwa ma naqsitx ukoll.

Charles Scicluna qal li jekk fli skola tal_knsija jkun hemm surmast gay li jkun f'unjoni ċivili ma' ħaddieħor hu jkollu problema bih, għax kap ta' skola ta' knsija ma jistax ikun f'att pubbliku li jmur kontra t-tagħlim tal-Knisja. Hu qal li min imexxi skejjel tal-Knsija irid ikun iħaddan u jgħix il-ħajja tal-knisja Kattolika. Kompla jgħid li ma jfissirx li din il-problema ma ytkun tista tissolva, "iżda jkolli problema". Mistoqsi minn Peppi Azzopardi jekk għalliem fi skola tal-Knsija li jgħallem il-ġeografija jistax ikun separat u jgħix ma' mara oħra, l-Arċisqof qal li basta jibqa jgħallem il-ġeografija tajjeb għax "is-separazzjoni ma tagħmilx parti mill-ġeografija."

fattur mhux solitu li jingħad hu meta wieġeb li hu xtaq li jkun Arċisqof u "ma kinitx prużunzjoni għax fil-fatt sirt." Mistoqsi jekk hux se jkun difefrenti mill-predeċessur tiegħu Pawlu Cremona, hu wieġeb, "da żgur li jien differenti, jien jisimni Charles Scicluna u hu jismu Pawlu Cremona." Qal ukoll li meta sar jaf nhar il-Ħadd qal biss lil ġenituri tiegħu u "bkejna flimkien"

L-arċisqof flimkien ma' ommu u missieru
Qal mingħajr tlaqlieq li hu se jivvota LE għal kaċċa fir-Rebbiegħa għax ma jaqbilx b'mod personali mal-kaċċa fir-rebbiegħa iżda b'daqshekk ma jfissirx li hu irid l-Knsija tivvota bħalu. Faħħar ukoll lil Prim Ministru għal mod kif tkellem dwar l-ISIS, "Illum jien serraħt moħħi mill-assigurazzjoni tal-Prim Ministru li m'hawnx periklu għalina mill-ISIS."

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook