Se jitqawwa r-riħ fuq il-gżejjer Maltin

Ir-riħ mistenni jibqa' qawwi sal-5 ta' filgħodu ta' għada

L-uffiċċju meteorjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ħabbar li r-riħ se jitqawwa mill-Majjistral u se jkun qawwi għal qawwi ħafna fis-sigħat li ġejjin.

Ir-riħ se jilħaq il-qawwa ta' riefnu iktar tard illum, għal qawwa ta' riefnu qawwi, l-iktar fiż-żoni fejn jaqbel.

L-uffiċċju ħareġ din it-twissija fejn qal li dan ir-riħ qawwi se jibqa' għaddej sal-ħabta ta' għada filgħodu fil-5am.

More in Socjali