L-auto buses de Leon se jibdew fit-8 ta' Jannar

L-operatur il-ġdid se jixtri s-servizzi mingħand l-awtorita tat-trasport pubbliku għal 8 miljuni

Minn sorsi min-naħa tal-gvern qalulna li l-kumpanija spanjola iffirmat il-kuntratt dalgħodu u dawn lesti jieħdu t-trasport f'idejhom mit-8 ta' Jannar. Huma xtraw is-servizzi għal 8 miljun ewro meta l-awtorita tat-trasport pubbliku kienu ħallsu €1 lill-Arriva.

Is-sussidju se jkun dak ta' €23 miljun dis-sena iżda mistenni jiżdied is-sena ta' wara wara li l-kumpanija l-=ġdida tibda taħdem ir-rotta sħiħa.

Il-kumpanija trid tixtri 140 vettura ġdida iżda għalissa se tikri vetturi.

More in Socjali