8% biss ta’ dawk li għandhom l-Anorexia u Bulimja jfittxu l-għajnuna

Fl-ewwel sitt xhur ta’ ħidma, Dar Kenn Għall-Saħħtek tgħin 15 il-persuna permezz ta’ terapija ħolistika, professjonali  b’xejn.

Il-problema ta’ mard bħall-Anorexia, Bulimja u Eating Disorder  Not Otherwise Specified (EDNOS), bhal pajjizi Ewropej oħra, hija waħda konsiderevoli anki f’pajjiżna, fejn għandna 0.9% tal-popolazzjoni li jsofru minn dawn il-kundizzjonijiet li f’ċerti każi jistgħu saħansitra jkunu fatali. Minn dawn, kienu 8% biss li fittxew ghajnuna sabiex  jikkuraw ruħhom. Iktar minn hekk il-problema llum qed tkompli taggrava ruħha għax fil-waqt li l-ikbar problema tinsab fost żgħażagħ, (fil-maġġor parti tfajliet) ta’ bejn il-15 u d-19 il-sena, illum qegħdin naraw din l-eta’ qeghda dejjem tonqos.

Dar Kenn Għal Saħħtek għandha tim ta’ professjonisti minn kull qasam, fosthom psikjatri, dietitians, nutritionists, occupational therapsits, psikologi, fiżjoterapisti, infiermiera, nursing-aides u oħrajn li huma impenjati biex jipprovdu kura integrata u inklussiva f’ambjent ta’ residenza pjaċevoli u ta’ l-ogħla kwalita’.

Darleen Zerafa, id-Direttur ta’ Dar Kenn għalSaħħtek tkellmet dwar il-ħidma li saret f’dawn l-ewwel ftit xhur minn mindu beda jopera dan iċ-ċentru. Fl-ewwel ftit xhur ta’ ħidma tagħha, Dar Kenn Għal Saħħtek pprovidet b’xejn, il-kura lil 15 persuni li kienu qed isofru minn Anorexia, Bulimia. F'dan ic-centru tinghata wkoll ghajnuna lil familji ta dawk il-pazjenti li jkunu qeghdin jigu trattati gewwa dan ic centru.  

Hemm rabta intrinsika ma’ kwistjonijiet ta’ saħħa mentali u problem ta’ diżordni fin-nutrizzjoni. Fil-fatt bejn 40% u 80% tal-każijiet, jkun hemm ukoll problema ta’ dipressjoni u/jew anke anzjeta.

F’diskors li għamel il-President Emeritus George Abela, spjega li Dar Kenn Għal Saħħtek huwa proġett li jgħinek tiskopri lilek innifsek u tiskopri r-raġuni għaliex tgħix.

Semma wkoll, li ghal ewwel darba qeghda tingabar data rigward il-popolazjoni Maltija li ssoffri min dawn il-kundizzjonijiet filwaqt li ser ikunu qeghdin isiru studji u ricerki fl-istess centru. Kompla billi ħeġġeġ lil dawk li jkunu għaddejin minn dawn il-kundizzjonijiet sabiex jagħmel kuraġġ u jersaq għal għajnuna..

 

 

More in Socjali