Mike Tyson jiżvela li kien abbużat sesswalment meta kien żgħir

Tyson safa abbużat sesswalment wara li kien maħtuf minn persuna li ma jafx fi Brooklyn

Mike Tyson kien anke hu stess stupra tfajla f'Indiana
Mike Tyson kien anke hu stess stupra tfajla f'Indiana

Mike Tyson, li llum għandu 48 sena, żvela waqt intervista fuq l-istazzjoni tar-radju SiriusXM li meta kellu seba’ snin kien safa abbużat sesswalment minn persuna li ma jafx waqt li kien maħtuf mit-triq fi Brooklyn.

“Ħatafni mit-triq, jien kont għadni tifel, hu kien xiħ. Kien abbużani sesswalment u qatt ma rajtu iktar f’ħajti.”

Tyson, li llum hu missier ta’ tmint itfal qal li rnexxielu jaħrab u li dan l-inċident seħħ darba biss, żied li hu qatt ma fetaħ ħalqu dwar l-inċident, lanqas mal-pulizija, “kont komplejt b’ħajti normali” qal.

Meta mistoqsi jekk dan l-avveniment biddillux ħajtu, Tyson wieġeb “Ma nafx jekk għamlitx xi differenza jew le. Mhux dejjem niftakar fiha, kultant iva, u kultant sempliċiment ninjoraha. Illum il-ġurnata ma nistħix nitkellem fuqha.”

Tyson, kien champion tal-boxing fit-tmeninijiet, imma fl-1992 kien imdaħħal il-ħabs wara li stupra tfajla, Desiree Washington f’Indiana u weħel tliet snin ħabs.

More in Socjali