L-estensjonijiet fil-bini ta’ Mater Dei ġew approvati

L-estensjonijiet se jseħħu bejn il-kamra mortwarja u s-swali tal-emerġenza

Kif inhu ppjanat li jiġu l-estensjonijiet
Kif inhu ppjanat li jiġu l-estensjonijiet
Kif inhu ppjanat li jiġu l-estensjonijiet
Kif inhu ppjanat li jiġu l-estensjonijiet

Il-bord tal-MEPA approva l-permessi għal żviluppi fil-blokk il-ġdid ta’ Mater Dei biex jakkomoda sala tal-emerġenza b’68 sodda, unit għall-kriżi nazzjonali u kmamar tal-impjanti fl-isptar Mater Dei f’Tal-Qroqq.

Il-blokk il-ġdid se jkun qed jieħu post l-estensjoni pjanata li kienet approvata minn permess ieħor, wara li dan il-permess deher li ma setax iseħħ hekk kif l-istruttura eżistenti fl-isptar ma kinitx b’saħħitha biżżejjed biex tiflaħ iktar sulari fuqha.

L-estensjoni l-ġdida tal-isptar, li tirreplika d-disinn, l-għoli u l-format tal-blokkijiet diġà eżistenti, se jkunu bejn il-kamra mortwarja u s-swali tal-emerġenza.

More in Socjali