Tliet snin u nofs ħabs għal raġel li seraq €20,000 f'ġojjellerija minn diversi lokalitajiet

Is-serqiet saru minn residenzi fir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Tas-Sliema, is-Swieqi, San Ġwann u Ħal Qormi

Ħalliel li ammetta illi seraq €20,000 fi 12-il jium ta' serq ingħata sentenza ta' priġunerija ta' 44 xahar, jew inkella tliet snin u nofs. 

Ir-raġel, ta' 37 sena mill-Ġorġja, kien akkużat illi wettaq katina ta' serqiet minn residenzi privati fir-Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Tas-Sliema, is-Swieqi, San Ġwann u Ħal Qormi, bejn is-17 u d-29 ta' Ottubru tas-sena l-oħra. 

Il-Pulizija kienu sabu lill-ħalliel fil-pussess tal-flus kontanti kif ukoll ta' xorb ta' valur għoli, fwejjaħ u ġojjellerija, fost oħrajn.

Il-Maġistrat Joe Mifsud innota li l-piena għandu jkollha l-effett ta' kastig imma wkoll ta' tnaqqis ta' atti kriminali fit-toroq Maltin. 

L-Ispetturi Mario Xiberras, Shawn Powney u Leeroy Engerer mexxew il-prosekuzzjoni, filwaqt li l-avukat Noel Bianco deher għall-akkużat.

More in Qrati u Pulizija