Raġel li xtara passaport falz għal €700 jeħel sitt xhur ħabs

Raġel xtara biljett mingħajr ritorn għal Venezja flimkien ma' passaport falz għal €700

Raġel ta' 27 sena, oriġinaljament mis-Sudan, imma li bħalissa jgħix fil-ċentru miftuħ ta' Ħal Far, weħel sitt xhur ħabs wara li nqabad b'passaport falz fl-Ajruport.

Il-Qort semgħet kif ir-raġel xtara passaport falz u biljett mingħajr ritorn lejn il-Venezja, għal €700 u kien se jitla abbord l-ajruplan illum, meta il-Pulizija qabduħ u arrestawħ.

L-Ispettur Lara Butters xehdet quddiem il-Qorti li hi ikkuntattjat l-għassa tal-Pulizija ta' Ħal Luqa ftit wara l-arrest illum fit 8:00 a.m.

Hu kien mressaq illum fuq l-akkużi li uża passaport falz, li kien fil-pussess ta' dokumenti foloz u li biddel id-dokumenti ta' identifikazzjoni għal uħud li kien jaf li kienu foloz. Ir-raġel li kien qed jikkomunika bil-Framċiż ammetta l-ħtija.

Il-Qorti ppreseduta minn Caroline Farrugia Frendo wissietu bil-konseqwenzi possibbli, fosthom li jmur il-ħabs.

More in Qrati u Pulizija