Mara ta' 61 sena ssofri minn daqqiet ta' martell f'wiċċha u f'rasha f'każ ta' vjolenza domestika

L-attakk bil-martell seħħ fid-dar tal-anzjani fil-Mellieħa

(arkivji)
(arkivji)

Raġel ta' 61 sena mill-Mellieħa ċaħad akkużi miġjubin kontrih illum fil-Qorti. Hu qed ikun akkużat b'attakk fuq martu b'martell

Il-vittma, li għandha wkoll 61 sena sofriet minn diversi daqqiet ta' martell f'rasha u f'wiċċha waqt attakk li seħħ fid-dar taż-żewġ persuni nhar it-Tnejn. 

L-Ispettur Clayton Camilleri li mexxa l-prosekuzzjoni qal lill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras illi l-akkużat kien ammetta ir-responsabilità tal-ġrieħi li kellha. 

Minkejja li d-difiża talbet gall-ħelsien mill-arrest il-Qorti m'aċċettatx din it-talba u ordnat li r-raġel jibqa' jinżamm fil-kustodja tal-pulizija fil-Unit Forensiku tal-Isptar Monte Carmeli.

Il-Qorti ħarġet Ordni ta' protezzjoni favur il-vittma.

More in Qrati u Pulizija