'Hemm fatturi psikoloġiċi' - L-avukat tar-raġel li poġġa kamera f'toilet tan-nisa f'Mater Dei

Infermier jammetti li poġġa kamera f'toilet f'Mater Dei ... il-Qorti se tkun qed tagħti s-sentenza tagħha l-ġimgħa d-dieħla

L-isptar Mater Dei
L-isptar Mater Dei

Raġel ta' 28 sena ammetta l-akkuża miġjuba kontrih illi installa kamera fit-toilets li jużaw il-ħaddiema nisa fid-Dipartiment tal-Emerġenza, fl-Isptar Mater Dei. Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima l-akkużat, li huwa infermier, ammetta l-ħtija. 

L-Ispettur Colin Sheldon qal illi l-vittmi tar-raġel ma kinux jafu illi qed ikunu ffilmjati. Huwa sostna illi l-akkużat għandu bżonn tal-għajnuna psikoloġika bid-dipartiment jaħdem biex fil-fatt din l-għajnuna tingħata.

L-Avukat Difensur Ishmael Psaila qal illi filwaqt li l-kondotta tal-akkużat hija nadifa, huwa qed jammetti li l-imġieba tiegħu hija kriminali u kundannabbli. Psaila qal ukoll iżda li hemm fatturi psikoloġiċi li jeħtieġ ikunu kkunsidrati f'dan il-każ. "Sentenza ta' ħabs titfgħu miljun sena lura," qal l-avukat. 

L-akkużat kien meħlus mill-arrest fuq depożitu ta' €500 u granzija personali ta' €5,000. Huwa kien mitlub ukoll biex ma jkunx barra wara ċerta ħin. 

More in Qrati u Pulizija