Jinżamm arrestat wara li seraq ħames arloġġi

L-akkużat wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest.

Raġel ta’ 35 sena baqa’ jinżamm taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li seraq ħames arloġġi mir-Raħal Ġdid.

Il-prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti li l-akkużat ġie ddentifikat mix-xhieda u l-filmati tal-kameras tas-sigurtà, huwa kien ġie arrestat ilbieraħ.

L-akkużat, assistit mill-avukat Dustin Camilleri, ġie akkużat b’serq aggravat u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest, mogħtija lilu f’Mejju u Ottubru ta’ din is-sena. Finalment huwa kien akkużat ukoll li sar riċediv.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest.

Wara li semgħet argumenti kollha l-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest minħabba n-natura tal-akkużi u wara li eżaminat ir-rekord kriminali tal-akkużat.

More in Qrati u Pulizija