'Il-Koħħu jilmenta fil-Qorti li sar jaf li m'għadx għandu avukat mill-midja'

B’hekk issa l-każ se jkompli fit-8 ta’ Novembru.

Vince Muscat (Lemin)
Vince Muscat (Lemin)

Skoss ieħor fil-każ kriminali kontra t-tliet irġiel mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, hekk kif fis-seduta tal-lum, Vince Muscat il-Koħħu ma kellux avukat biex jirrapreżentah u fl-istess waqt l-avukat tal-aħwa Degiorgio qal li ma kienx ippreparat biex jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu.

Fil-Qorti, Muscat ilmenta dwar l-eks avukat tiegħu, Arthur Azzopardi għaliex skontu sar jaf li mhux se jibqa’ jirrappreżentah minn rapport fil-gazzetta MaltaToday. Il-Ħadd li għadda, il-gazzetta żvelat kif Azzopardi formalment irinunzja r-responsabbiltà tiegħu bħala avukat mill-klijent.

Minn naħa l-oħra, Cuschieri spjega li attwalment hemm quddiem il-qrati kostituzzjonali diversi każijiet li jittrattaw ilmenti mill-aħwa Degiorgio. Il-Qorti qalet li kienet konxja minn dan il-fatt.

Fl-aħħar nett il-Qorti ordnat li Muscat għandu sal-Ġimgħa tad-dieħla sabiex jiddeċiedi dwar min jirrappreżentah, jew għajnuna legali jew avukat privat. B’hekk issa l-każ se jkompli fit-8 ta’ Novembru.

L-avukati William Cuschieri u Benjamin Valenzia dehru għall-aħwa Degiorgio.
Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia u Nadia Attard mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali mexxew il-prosekuzzjoni.
L-avukati Jason Azzopardi u Karol Aquilina dehru parte civile għall-familja.

More in Qrati u Pulizija