Aġġornata | Jinżamm arrestat bouncer li ħalla żagħżugħ minxur mal-art f'Paceville

Fil-filmat iż-żagħżugħ jidher imdawwar b'ħames bouncers u jaqla' daqqa ta' sieq f'wiċċu minn wieħed minnhom

Il-bouncer jidher jgħaffeġ wiċċ iż-żagħżugħ li tħalla mitluf minn sensih (Ritratt meħud mill-filmat imxandar minn TVM)
Il-bouncer jidher jgħaffeġ wiċċ iż-żagħżugħ li tħalla mitluf minn sensih (Ritratt meħud mill-filmat imxandar minn TVM)

Bouncer ta' 29 sena baqa' miżmum taħt arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li kkaġuna feriti gravi lil żagħżugħ Pollakk kmieni l-Ħadd filgħodu f'Paceville.

Ir-raġel ta’ 29 sena li jgħix fil-Qawra deher quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea mixli li kkaġuna ġrieħi gravi ż-żagħżugħ, li kien qed jaħdem bħala gwardjan tas-sigurtà mingħajr liċenzja, b'theddid u li kiser il-paċi pubblika.

Il-filmat xokkanti ta' dan l-attakk ixxandar ilbieraħ minn TVM, biż-żagħżugħ jidher jiġi attakkat minn madwar ħames bouncers.

Iż-żagħżugħ jidher fl-art mitluf minn sensih wara li wieħed mill-bouncers jidher jagħtih daqqa ta’ sieq f’rasu.

Huwa qal li Kien jaħdem f’diskoteka f’Paceville u f’bar ieħor f’Buġibba.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih bil-Qorti tordna li jinżamm taħt arrest.

L-Ispettur Joseph Xerri mexxa l-prosekuzzjoni.

 

More in Qrati u Pulizija